Trid tieqaf tonħor?

Ħafna minn dawk li jbatu minn uġigħ ta’ ras bla raġuni, iħossuhom eżawsti jew ibatu minn pressjoni għolja, iwaħħlu fin-nuqqas ta’ rqad.
Madanakollu, il-problema tista’ tkun għax ikunu jonħru bil-lejl, li minbarra li jdejqu lil dawk li jkunu reqdin ħdejhom, jista’ jħallilhom effett fuq saħħithom.
Riċerka li saret dan l-aħħar turi li dan jista’ jkun kawża ta’ nuqqas ta’ nifs bil-lejl hekk kif il-muskoli tax-xedaq u tal-ilsien jirrilassaw.  
Ir-riċerkaturi jgħidu li jekk wieħed jilbes ċinga ma geddumu jkun jista’ jorqod aħjar u jħalli lil ħaddieħor jorqod aħjar.
Din iċ-ċinga taħdem billi tkun ta’ sapport għax-xedaq t’isfel u tal-ilsien, u tnaqqas iċ-ċans li timblokka l-passaġġ tal-arja.
Min irid jieħu ċans, irid iħallas €105!