Trid tieħu sehem fi Strummin’?

Is-17-il edizzjoni ta’ Strummin’ reġgħet magħna. Strummin’ huwa kunċert annwali li fih jieħdu sehem bosta kitarristi flimkien ma’ kantanti lokali.
L-applikazzjonijiet sabiex tieħu sehem huma miftuħa. Kulma wieħed għandu jagħmel hu li jimla applikazzjoni onlajn.
Il-provi se jsiru nhar ta’ Ħamis fis-sajf u se jibdew fil-5 ta’ Lulju bejn is-6.30pm u t-8pm fil-kappella tal-Università ta’ Malta.
L-applikazzjonijiet se jagħlqu fit-18 ta’ Ġunju għall-kantanti u backing vocalists u 29 ta’ Ġunju għall-kitarristi.