Trid tieħu sehem f’Ħadd Għalik?

L-istaġun il-ġdid tal-programm Ħadd Għalik se jibda jixxandar fuq TVM mill-Ħadd 4 ta’ Ottubru f’12.15pm. Bħas-soltu se jkun ippreżentat minn Angie Laus.

Għat-13-il sena konsekuttiva se nkomplu niltaqgħu ma’ diversi opposti, bħall-Itwal u l-Qosra, Tewmin, Koppji fl-Ispettaklu, Saċerdoti u Sorijiet, Uffiċjali korrettivi u l-Forsi Armati u ħafna oħrajn. Dawn jiltaqgħu biex jipparteċipaw f’logħob li anke int mid-dar stess tista’ tagħmel. 

Din is-sena mhux b’inqas se naraw diversi opposti differenti. Se nerġgħu naraw lil Mario Coleiro u PJ Vassallo Mintoff b’ħafna sfidi differenti.  

Bħalissa it-tim ta’ Ħadd Għalik qed ifittex parteċipanti li –

  • Jisimhom bħal xi personalità
  • Tewmin
  • Għazzenin u Beżlin
  • Dawk li jħossuwhom sbieħ u forsi dawk li jħossuwhom inqas sbieħ
  • Jekk forsi għandek isem modern jew isem komuni

Jekk interessat li tieħu sehem ċempel lit-tim tal-produzzjoni fuq 25606139 biex b’hekk jiltaqgħu miegħek. Tista’ wkoll tibgħatilhom messaġġ privat fuq il-paġna ta Facebook ta’ Ħadd Għalik