Trid tiċċarġja l-mowbajl f’nofs il-ħin?

Jekk tiddejjaq tħalli l-ismartphone tiegħek imwaħħal ma’ cable għal ħin twil biex tiċċarġja l-batterija, issa għandek soluzzjoni.
SoniCable huwa cable li bih tiċċarġja l-mowbajl f’nofs il-ħin.
Il-cable tista’ tużah b’mod normali biex titrasferixxi informazzjoni. Madanakollu biex tiċċarġja l-ismartphone, tagħfas swiċċ u l-cable jinbidel f’super charger.
Is-SoniCable qed jinbiegħ madwar €23, 25% inqas mill-prezz tas-suq.