Trid tgħix il-ħajja ta’ pirata?

Daqt tista’ tgħix il-ħajja ta’ pirati.
Dan hekk kif se jiġu kkonservati dokumenti li se jitfgħu aktar dawl fuq il-vjaġġi tal-kursara, magħrufa aħjar bħala l-pirati.
Id-dokumenti jmorru lura għas-seklu tmintax.
Dawn id-dokumenti jagħtu l-opportunità lir-riċerkatur biex jiskopri aktar dwar l-ivvjaġġar tal-kursara, dokumenti Torok u firem ta’ personaġġi fosthom ta’ Guglielmo Lorenzi li kien inqatel mill-Franċiżi flimkien ma’ Dun Mikiel Xerri.
Wieħed jista’ jiskopri aktar fuq l-armi li kienu jittellgħu fuq il-vapuri fosthom: cannoni, trombone a cavalletto, trombone a mano, pistole u bandoliere.
Il-konservazzjoni tad-dokumenti se jsir mill-Arkivju Notrali bl-għajnuna tad-donazzjoni ta’ €1,500 mogħtija mill-Malta Historical Society.