Trid tgħaddi Jum San Valentinu fid-dar ta’ Romeo u Ġuljetta?

Read in English.

Il-kumpanija Airbnb li taħdem fil-qasam tal-akkommodazzjoni qed tittratta koppja xxurtjata għal lejl wieħed għal żjara fil-post stess fejn Romeo u Ġuljetta stqarrew l-imħabba tagħhom.  F’din id-dar hemm il-famuża gallarija fejn iż-żewġ maħbubin stqarrew imħabbithom lejn xulxin.

Stqarrija mill-kumpanija Airbnb qalet li l-kamra tas-sodda bil-gallarija ta’ Ġuljetta tinsab f’Verona fl-Italja. Min jirbaħ mhux biss se jkun fl-istess post fejn jingħad li seħħet il-ġrajja imma wkoll li fil-kamra se jkun hemm is-sodda proprja li kienet intużat fil-film tal-1968 dwar din l-istorja bl-atturi Leonard Whiting u Olivia Hussey.

Leonard Whiting u Olivia Hussey

Il-premju għar-rebbieħa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Valentinu jinkludi pakkett ta’ avvenimenti mill-aktar attraenti. Flimkien mal-lejl fil-kamra tas-sodda bil-gallarija, ir-rebbieħa jgawdu pranzu romantiku fid-dawl tax-xema’ mħejji minn kok prim, opportunità biex jaqraw ittri ta’ mħabba li jintbagħtu minn madwar id-dinja lil Ġuljetta u tour speċjali ta’ Verona.

Kulma wieħed għandu jagħmel biex jittanta xortih għal dan il-premju hu li jikteb ittra lil Ġuljetta.

L-ittra għandha tkun miktuba bl-Ingliż fejn fiha wieħed jgħid għaliex għaliex għandhom jintagħżlu huma kif ukoll jirrakkuntaw l-istorja tal-imħabba tagħhom bħala koppja. L-ittra trid tasal sat-2 ta’ Frar 2020. Għall-applikazzjoni fis-sit https://www.airbnb.com.mt/d/applypagejuliet