Trid tevita li jirmunkawk b’kollox?

Għadd ta’ toroq u nħawi fil-Kottonera u l-Kalkara se jkunu magħluqa temporanjament għall-karozzi nhar il-Ġimgħa li ġejjin minn nofsinhar ’il quddiem. Barra minn hekk, fl-Imtarfa se jiġri l-istess iżda f’ħinijiet differenti.
F’Bormla, Triq il-Pellegrinaġġ, Pjazza Nattività, Triq Wiġi Rosato, Triq San Franġisk, Triq San Pawl, Pjazza Gavino Gulia, Triq Dom Mintoff u Pjazza Paolino Vassallo.
Triq Nestu Laiviera, Misraħ ir-Rebħa, Triq il-Mina l-Kbira, Triq it-Torri ta’ San Ġwann, Triq l-Arċisqof Gonzi, Triq Paċifiku Scicluna, Triq il-Kwartier, Triq Hilda Tabone, Triq Santa Skolastika, Triq La Vallette u Triq San Filippu fil-Birgu.
Misraħ Papa Benedettu, Triq l-Arċisqof Mattei, Triq iż-Żewġ Mini u Triq il-Kunċizzjoni fl-Isla wkoll.
Finalment, il-Kalkara, Triq il-Kapuċċini, Triq San Lawrenz, Triq G. Raimondo, Triq Giovanni Ricasoli, Triq is-Sienja, Triq Patist Borda, Triq is-Salvatur, Triq Rinella u Misraħ l-Arċisqof Gonzi.
Fl-Imtarfa wkoll se jkun hemm Triq Sir Leslie Rundle li se tkun magħluqa bejn it-3.15pm u s-6.15 pm.
Il-Kummissarju tal-Pulizja avża li kull vettura li se tinstab ipparkjata f'dawn l-inħawi waqt dawn il-ħinijiet tiġi rmunkata.