Trid taqta’ mill-ġenn ta’ kuljum?

Id-Dar tal-Irtiri Mount St. Joseph se torganizza rtir għall-Avvent. 
Minn ewl id-dinja li s-seħer tan-natura f’dawn iż-żminijiet iġib serħan il-moħħ u r-ruħ. F’dan iż-żmien festiv, tista’ ssibha itqal sabiex issib ħin waħdek u tikkontempla t-twelid ta’ Ġesù Kristu.
Dan l-irtir joffri l-opportunità li flimkien ma’ grupp ta’ nies li qed ifittxu l-istess esperjenza, isir talb innovattiv, meditazzjoni u qsim ta’ esperjenzi waqt mixjiet fil-kampanja u żjajjar fil-kappelel tal-madwar.
Dan l-irtir se jsir bejn il-Ġimgħa, 2 u l-Ħadd 4 ta' Diċembru.
Għal aktar informazzjoni jew biex iżżomm post tista’ ċċempel lil Mount St. Joseph fuq 22760000 jew tibgħat email hawnhekk.
Ritratt: Arkivji- Ian Noel Pace