Trid taqbad lill-Korrotti!

Read in English.

Logħba ġdida li qed iddur bħalissa hija Korrotti. Is-sit Korrotti.com tgħid li din hija “logħba fejn iċ-ċittadini ta’ Malta għandhom bżonn isibu l-korrott qabel ma’ jkun tard wisq”.

Ibbażata fuq il-logħba popolari Mafia, Korrotti hija logħba tal-karti bejn grupp li jissejħu innoċenti jridu jsibu u jaqilgħu ‘l barra lill-korrott.

Is-sidien ta’ din il-logħba rnexxielhom jibdlu l-kriżi politika ta’ bħalissa f’serata għall-familja kollha permezz tal-logħba. Ir-regoli tal-logħba huma tad-daħk u f’partijiet minnhom b’referenza għas-sitwazzjoni f’Malta.

Kif tilgħab il-logħba:

Il-logħba għandha żewġ fażijiet:

IL-LEJL: Meta l-Korrotti jistaw ‘segretament “jeliminaw” l-innoċenti

BI NHAR: Meta l-Innoċenti jivvutaw biex jeliminaw lil suspettat Korrott.

Il-logħba tintemm meta l-membri kollha tal-Korrotti jiġu eliminati jew ikun hemm iktar membri tal-Korrotti milli ċittadini innoċenti