Trid taħdem għar-Reġina Eliżabetta?

Read in English.

Jekk taħdem fil-kostruzzjoni, taf tikkomunika u qed tfittex li tibdel ix-xenarju, din tista’ tkun maħluqa għalik! Il-Palazz ta’ Buckingham bħalissa għaddej minn programm ta’ 10 snin ta’ xogħlijiet biex jirrevedi l-infrastruttura tiegħu, inklużi l-cables tad-elettriku, il-plumbing u s-sistema tas-sħana għall-ewwel darba mis-snin Ħamsinijiet. Uffiċċju intern li twaqqaf fil-Palazz se jissorvelja s-sottomissjonijiet biex jiżgura li l-bini jkun tajjeb għal 50 sena oħra.

Il-Palazz bħalissa qed jirrekluta Planner full-time li xogħol tiegħu huwa li jaġixxi bħala l-inkarigat ewlieni bejn l-Uffiċċju intern u l-kuntratturi u l-konsulenti.

Min jintgħażel jitħallas £38,000 fis-sena, għal 37.5 sigħat fil-ġimgħa, fuq 5 ijiem, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Id-deskrizzjoni tax-xogħol tkompli tgħid li: “L-ebda jumejn m’huma se jkunu l-istess u l-varjetà u l-pass tax-xogħol se jisfidawk. Iżda hekk kif tappoġġja lil ħaddieħor waqt xogħlu ser ikollok opportunitajiet eċċezzjonali biex tikber fil-karriera tiegħek f’ambjent ta’ tim kbir. U tkun taf li qed tikkontribwixxi għall-futur ta’ bini ikoniku.”

Ir-Reġina se titlaq mill-kmamar privati ​​tagħha f’postijiet oħra fil-palazz waqt ir-rinovazzjonijiet. Iżda l-applikant magħżul jista’ xorta jkollu ċ-ċans li ‘jaħbat’ mal-Maestà Tagħha u l-Prinċep Philip hekk kif jinżlu għall-kolazzjon ta’ filgħodu … qatt ma tista’ tgħid!

Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija l-Erbgħa 12 ta’ Frar.

Aktar dettalji fis-sit theroyalhousehold.tal.net