Trid tagħti rigal lit-tarbija fil-ġuf?

Dawk kollha li qed jistennew tarbija huma mistiedna sabiex jattendu Quddiesa li matulha se jitbierku kemm l-omm, kif ukoll it-tarbija fil-ġuf.
Il-Quddiesa ssir kull tliet xhur fil-Knisja Parrokjali ta’ Wied il-Għajn, biċ-ċelebrazzjoni li jmiss issir nhar il-Ħadd fl-10:15am.
Waqt il-Quddiesa, il-barka ssir bl-interċessjoni ta’ Sant’Anna li tħares lill-ommijiet u t-trabi fil-ġuf tagħhom.
Għaldaqstant, huma mistiedna wkoll il-ġenituri li welldu tarbija reċentament sabiex jirringrazzjaw lil Alla.