Trid ittellaq fil-Grand Prix tal-Imdina?

L-applikazzjonijiet biex tieħu sehem fl-Mdina Grand Prix fetħu. L-avveniment se jsir bejn it-13 u l-14 t’Ottubru.

Jekk tixtieq tieħu sehem, imla il-formola onlajn. Il-parteċipanti se jinqasmu fi tliet kategoriji; veloċità tal-karozza, is-saħħa tal-magna u s-sena li l-karozza ħarġet fit-triq.

Kull sena, numru kbir ta’ entużjasti tal-karozzi u familji, jattendu dan l-avveniment biex jaraw karozzi ikoniċi minn madwar id-Dinja.

L-attività tinkludi tlielaq barra l-fortifikazzjoni tal-Imdina, f’toroq imserpa u għat-telgħa, b’hekk tispikka l-kapaċità kbira tas-sewwieqa.