​Trid issir suldat mal-FAM?

Il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) se jiftħu l-applikazzjonijiet għall-persuni li jixtiequ jaħdmu mal-armata.
F’avviż, il-FAM qalu li qed ifittxu persuni interessati li jsiru uffiċjali kadetti, biex iservu fuq il-baħar, jew bħala piloti tal-ajru. Il-FAM fetħu wkoll l-applikazzjonijiet għall-Kumpanija “C”, 1 Regiment, kif ukoll għall-iSpecial Operations Unit. L-applikazzjonijiet se jiftħu fit-2 ta' Jannar 2018.
Il-FAM qalu li l-applikanti jridu jkunu għalqu t-18-il sena sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonjiet , jiġifieri sal-15 ta’ Jannar fl-4:00pm.
L-applikanti imbagħad iridu jgħaddu minn eżami ta’ effiċjenza fiżika, minn psychometric test, test miltari, intervista, u eżami mediku.
Għal aktar tagħrif, tista’ żżur is-sit elettroniku tal-FAM hawn.