​Trid issiefer b’€19.99?

Jekk trid issiefer bejn Settembru u Novembru, tista’ tittanta xortik għal titjiriet b’€19.99 li qed toffri l-linja tal-ajru Ryanair. Trid tibbukkja sa nofsillejl ta’ nhar il-Ġimgħa.
Din l-offerta qed issir hekk kif illum Ryanair garret id-9 miljun klijent kemm ilha li bdiet ittir lejn Malta mill-2006.
It-titjiriet imraħħsa se jkunu lejn 40 rotta, fosthom tliet rotot ġodda – Belfast, Napli u Riga.