Trid ftit ħin ta’ mistrieħ? Din għalik!

Holding Girl Sunset Sun Yoga Female Nature

BirdLife Malta se tibda torganizza klassi tal-Yoga nhar ta’ Ħadd, darba fix-xhar. Dan qed isir bil-għan li tinkoraġixxi lill-pubbliku jieħu gost u japprezza n-natura filwaqt li jagħmel l-eżerċizzju.

L-ewwel klassi se ssir nhar il-Ħadd 5 t’Awwissu fil-11:00am ġewwa r-riserva naturali tas-Simar.

Din l-attività hija miftuħa għall-adulti u hi mmirata għal persuni li għadhom ġodda għal dan l-eżerċizzju jew li għandhom xi ftit ta’ esperjenza. Waqt l-attività se jintużaw tliet tipi ta’ Yoya; Ashtanga, FitYoga u Dance Yoga.

Jekk tixtieq tattendi ħu ħsieb li tniżżel ismek f’din il-formola.