​Triathlon: Bi tħejjija għat-tiġrija finali f’Birżebbuġa

Keith Galea mit-tim ta’ Birkirkara St. Joseph u Danica Bonello Spiteri mit-tim ta’  St. Patrick’s A.C. kisbu l-aħjar ħinijiet fit-tielet tiġrija tal-Birkirkara St. Joseph Triathlon Series 2014.
Wara riżultati miksuba fl-ewwel tliet tiġrijiet, se tkun faċli li jirbħu t-titlu fir-raba’ u l-aħħar tiġrija.
Fit-tielet tiġrija, Galea rreġistra t-tieni l-aqwa ħin ta’ 10 minuti u 58 sekonda fl-għawm 18-il minuta u 44 sekonda fil-ġiri u 33 minuta u 17-il sekonda fir-roti.
Fit-tiġrija tan-nisa, Bonello Spiteri ġiet fl-ewwel post meta għamet 750 metru fi 11-il minuta, 36 sekonda, qadfet bir-rota 20 kilometru f’37 minuta u żewġ sekondi, u ġriet ħames kilometri f’21 minuta u 34 sekonda.
It-tiġrija finali li qed tiġi organizzata bl-għajuna tal-Malta Triathlon Federation, se ssir nhar il-Ħadd li ġej f’Birżebbuġa u tibda fit-8 ta’ filgħodu.