Triathlon annwali b’risq l-Istrina

Mitt impjegat tal-Bank HSBC Malta ħadu sehem fil-ħames sfida ta’ triathlon annwali li tiġi organiżżata mill-istess bank, bil-għan li jinġabru flus għal L-Istrina tal-Malta Community Chest Fund.

Dawn il-parteċipanti ġrew, għamu, saqu r-rota, u mxew biex qasmu l-gżejjer Maltin biex flimkien jagħmlu distanza totali ta’ madwar 50 kilometru kull wieħed.

Il-mixja tal-aħħar wasslet lill-parteċipanti sal-Palazz tal-President f’San Anton fejn hemmhekk ingħataw merħba fost l-oħrajn mill-Aġent President Dolores Cristina.