Trevor Zahra jirbaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti

Trevor Zahra rebaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti.

Dan tħabbar mill-President tal-Akkademja l-Professur Albert Borg, f’ċerimonja li attendew għaliha diversi professjonisti tal-Malti.

Il-premju ngħata mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Il-Professur Borg sostna li Trevor Zahra jixraqlu dan il-premju għaliex hu ħadem bis-sħiħ għal-letteratura u l-ilsien Malti.

Wara t-tħabbira tar-rebbieħ intwera filmat tax-xogħolijiet letterarji tiegħu.