Tressaq protest ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-VAT minħabba sekwestru

Maria Odette Portelli resqet protest ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-VAT wara li ma tneħħiex sekwestru fil-konfront tagħha minħabba djun li akkumulat kumpanija.
Jirriżulta li l-kumpanija Aslan Catering kellha tagħti b’aktar minn €46,000.
Portelli kienet qed tagħmel tajjeb għal dan id-dejn u għamlet ipoteka fuq propjetà.
Peress li l-kumpanija ma ħallsitx il-flus dovut lid-Dipartiment, inħareġ sekwestru fil-konfront tal-mara.
Fil-protest ġudizzjarju, Portelli qed issostni li l-kumpanija għamlet użu mill-iskema tal-Gvern u l-flus dovuti tħallsu.
Il-protest qed jgħid li d-Direttur tal-VAT qed jabbuża meta ma jridx ineħħi s-sekwestru fuq Portelli minħabba xi spejjeż oħra, liema spejjeż, l-mara qatt ma kienet infurmata dwarhom.