
Read in English.
Madwar elf persuna f’Malta li għandhom l-Epatite Ċ minn din is-sena se jibdew jieħdu t-trattament għaliha. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-gvern qed jiffinanzja programm b’investiment ta’ €5 miljun, u dan se jingħata lil 200 persuna kull sena.
Il-Ministru Fearne iddeskriva dan it-trattament mediku bħala wieħed uniku għal Malta. Spjega kif l-aġent se jkun qiegħed jitħallas biss għat-trattament ta’ dawk il-pazjenti li jkunu fiequ mill-marda, waqt illi t-trattament għal kull pazjent se jkun bla ħlas.
Ippreċiża li l-ewwel li se jingħataw dan it-trattament huma dawk il-pazjenti li diġà għandhom storja medika minħabba l-Epatite Ċ.
Fis-snin li ġejjin se jsir ukoll screening għal persuni li jista’ jkollhom din il-marda mingħajr ma jafu.