Trasportazzjoni ta’ makkinarju b’rabta mal-interconnector

Fis-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu u nhar il-Ħamis li ġej, kuntratturi tal-Enemalta se jkunu qed iwasslu żewġ shunt reactors fl-istazzjon tal-Magħtab biex jiġu installati bħala parti mix-xogħlijiet b’rabta mal-interconnector bejn Malta u Sqallija.

Dawn ix-shunt reactors waslu Malta l-ġimgħa li għaddiet.

It-trasportazzjoni tal-makkinarju se titlaq minn Xatt it-Tiben u se tkun skortata mill-pulizija.

It-trasportazzjoni se ssir matul il-lejl biex ma jkunx affettwat it-traffiku.

Meta l-proġett jitlesta, il-grid elettrika f’Malta se tkun qed tingħaqad ma’ dik Ewropea.