“Trasport pubbliku tajjeb importanti għall-istudenti Għawdxin”

Il-Grupp Universitarju Għawdxin qal li hu importanti li jkun hawn servizz tajjeb tat-trasport pubbliku minħabba li ħafna studenti Għawdxin li jaqsmu bejn Malta u Għawdex jiddependu fuq l-effiċjenza fis-servizz.
Fi stqarrija, l-għaqda qalet li qed issegwi mill-qrib l-iżviluppi li qed iseħħu fis-sistema ġdida tat-trasport pubbliku.
Il-GUG qal ukoll li l-Ministru għat-Trasport ikkonferma li l-operat il-ġdid se jkun sinkronizzat mal-iskeda tal-vapur tal-Gozo Channel u qalet li jekk dan iseħħ se jkun qed jiffranka l-ħin lill-istudenti.
L-istudenti Għawdxin innutaw ukoll b’sodisfazzjoni li fiż-żmien li ġej se tiġi introdotta app ġdida għall-mowbajl li se tkun ta’ benefiċċju għall-istudenti.