Trasport pubbliku: “22% biss ħaddiema nisa, irridu iktar”

Malta Public Transport, il-kumpanija privata li topera s-servizz tal-karozzi tal-linja, ingħaqdet ma’ “Women in Transport-EU Platform for Change”, programm bl-għan li jsaħħaħ l-impjieg tan-nisa u l-opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel fis-settur tat-trasport.

Permezz ta’ dan il-proġett, il-Kummissjoni Ewropea qed tippromwovi l-aċċess għan-nisa fis-settur tat-trasport, fejn tistqarr li bi 22% biss tan-nisa, is-settur tat-trasport mhuwiex ibbilanċjat bejn is-sessi. Permezz ta’ dan il-programm il-kumpanija, flimkien ma’ oħrajn, hija impenjata li tippromwovi x-xogħol tan-nisa.