Trasport b’xejn għall-Konferenza Nazzjonali dwar il-mina bejn iż-żewġ gżejjer

Il-Front Favur il-Mina qal fi stqarrija li se jkun qed jorganizza trasport b'xejn minn kull lokalità f'Għawdex għal dawk li jixtiequ jattendu għall-Konferenza Nazzjonali ‘Insaħħu l-Aċċessibiltà bejn Malta u Għawdex’.
Il-Konferenza li se ssir nhar is-16 t' April f'lukanda fl-Imġarr Għawdex, se tkun indirizza mill-istakeholders Għawdxin fosthom mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, mill-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association, miċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Gozo Channel u bosta professjonijisti oħra.