Trasferimenti ta’ ħlas f’USD issa aktar faċli għand BNF Bank

BNF Bank plc għadu kif appunta lil Bank of New York Mellon bħala l-International Partner tiegħu, awtorizzat biex jipprovdi fondi ta’ trasferimenti ta’ ħlas f’Dollari Amerikani f’ismu.
F’dan il-ftehim il-ġdid, il-Bank of New York Mellon se jservi bħala istituzzjoni finanzjarja biex jipprovdi servizzi f’isem il-BNF Bank plc billi jiffaċilità transazzjonijiet fid-dollaru Amerikan.
Bl-għajnuna ta’ din ir-relazzjoni kummercjali bejn BNF Bank u l-Bank of New York Mellon se jiffaċilitaw skambju tal-munita u trasferimenti tal-ħlas f’Dollari Amerikani. 
The Bank of New York Mellon huwa bank internazzjonali Amerikan li joffri servizzi bankarji u finanzjarji, b’kumpanija fi New York City u joperaw f’35 pajjiż fl-Amerika, l-Ewropa, Lvant nofsani, l-Afrika u l-Asja Paċifiku.