“Traqqdux it-trabi mal-ġugarelli” – omm tarbija li mietet fgata

Omm tħalliet b’qalb maqsuma wara li bintha mietet fgata minn ġugarell artab li kienet tpoġġilha ħdejha biex ma taqax mis-sodda.
L-ors flimkien ma’ ġugarelli rotob oħra kienu jitpoġġew fil-ġnub tas-sodda tat-tifla Ingliża Connie Rose, ta’ sena u nofs kull lejl bil-għan li ma tweġġax, iżda spiċċaw swewlha ħajjitha.
Omm it-tifla sabitha mejta fil-kamra tas-sodda kmieni filgħodu meta marret tara għalfejn kienet għadha ma qamitx.
Issa, omm Connie qed tipprova twissi lill-ommijiet bħala biex ma jagħmlux l-istess żball li għamlet hi u li jkun aħjar jekk iħallu t-tfal jaqgħu mis-sodda.
Kif għandek tassigura li t-tarbija tiegħek ma tifgax bil-lejl?
Waħda mill-affarijiet l-aktar kruċjali hija li tneħħi kull tip ta’ oġġett li t-tarbija għandha fis-sodda, kemm ġugarelli kif ukoll imħaded żejda u lożor individwali.
Wieħed m’għandux lanqas jorbot lit-tarbija fis-sodda biex torqod f’pożizzjoni waħda.
Għal aktar informazzjoni għafas hawn.