Trapattoni jagħlaq 80 sena

Illum Inter u AC Milan jiltaqgħu f’derby tant mistenni mill-partitarji taż-żewġ naħat u fl-istess jum jagħlaq 80 sena wieħed mill-aqwa kowċs Taljani, Giovanni Trapattoni.

Fost il-klabbs li taw l-awguri tagħhom lill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan f’għeluq sninu kien hemm Juventus, Inter Milan u Bayern Munich. Magħruf għall-grinta u l-karattru kemmxejn impulsiv tiegħu, Trapattoni kien il-kowċ tal-Italja meta dawn ġew eliminati b’mod kontroversjali mill-Korea t’Isfel fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2002.

Matul il-karriera twila tiegħu, Trapattoni rebaħ bosta trofej ma’ Juventus u Inter iżda kiseb ukoll suċċessi ma’ Bayern Munich, Benfica u Red Bull Salzburg.