Investigata ‘qasma fil-pont ta’ San Ġwann’

Transport Malta (TM) qalet li qed tinvestiga allegazzjonijiet ta’ qasma f’waħda mill-pilastri tal-pont fi Triq Reġjonali.
Fi stqarrija TM qalet li wara li investigat l-allegazzjonijiet li oriġinaw mill-publikazzjoni tar-ritratti fuq il-midja soċjali, l-uffiċjali tagħha kkonfermaw li dak li deher fir-ritratt m’hu xejn ħlief illużjoni tad-dawl u dell mill-angolu ta’ kif inġibed ir-ritratt.
Ritratti li ħadu uffiċjali ta’ TM juru li fil-verità din mhix qasma imma marka li tħalliet riżultat ta’ xi xogħlijiet li kienu saru.
TM saħqet li l-istruttura tal-pont hi b’saħħitha u stabbli u li l-pubbliku m’għandux għalxiex jallarma ruħu.
Ritratt: TM