Transport Malta tiġbor il-pjanċi tat-Trial Run

L-Awtorità dwar it-Trasport bħalissa qed tiġbor il-pjanċi tat-Trial Run biex jinbidlu għal daqs ikbar.
Kelliema għal Transport Malta qalet ma’ Newsbook.com.mt li bħalissa qed jinġabru biss il-pjanċi bil-qies 52cm x 11cm (daqs A). Dawn qed jinbidlu f’qies 34cm x 20cm (daqs D).
Il-bidla qed issir bil-għan li l-qisien ikunu kollha konformi u l-proċess qed isir bla ħlas.
B’kollox hemm 306 pjanċa tat-Trial Run irreġistrati ma’ Transport Malta.
Negozjanti li huma reġistrati biex ibiegħu il-vetturi jistgħu jużaw il-pjanċi tat-Trial Run fuq il-vetturi impurtati, sakemm ibiegħu il-vettura u jirreġistrawha.