Transport Malta sodisfatta bis-servizz tal-UBS

Illejla saret laqgħa oħra bejn il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, l-Arriva u Transport Malta.

Saru wkoll laqgħat oħra separati bejn Transport Malta, UBS u l-Arriva, dan sabiex jiġi assigurat li dan is-servizz temporanju jkompli jingħata bl-inqas inkonvenjenzi possibbli.

Fl-ewwel jum mingħajr il-bendy buses, il-Ministeru għat-Trasport sostna li s-servizz offrut mill-UBS matul l-ewwel ġurnata kien wieħed sodisfaċenti u ma ġewx irrappurtati lmenti kbar ħlief għal xi każi iżolati.

Transport Malta wkoll tinsab sodisfatta bil-koperazzjoni u s-servizz offrut mill-operaturi privati.