Transport Malta se tibda taċċetta ċertifikati tal-VRT minn pajjiżi oħra tal-UE

Transport Malta qalet li minn Lulju li ġej se tkun qed taċċetta ċertifikati tal-VRT li jkunu ġejjin minn pajjiżi membri oħra fl-Unjoni Ewropea.
Dan ifisser li kull min iġib vettura lejn Malta minn Stat Membru ieħor fl-Unjoni Ewropea se jkun jista’ jippreżenta ċ-ċertifikat tal-VRT li jkun għamel f’pajjiż ieħor fl-UE.
L-istqarrija tgħid li Transport Malta xorta waħda se jkollha d-dritt tivverifika l-awtentiċità tad-dokumenti.