Transport Malta l-aktar entità li użat fondi Ewropej

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li Transport Malta kienet l-aktar entità li użat fondi Ewropej matul l-aħħar erba’ snin.

Skont is-Segretarju Parlamentari l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura uża madwar €142 miljun minn fondi Ewropej. 
€92 miljun minn dawn kienu wżati f’proġetti tal-infrastruttura, inkluż dak tal-junction tal-Kappara.
Ritratt: DOI – Pierre Sammut