Żewġ titjiriet ġodda low-cost minn u lejn Malta

Kumpanija tal-ajru low-cost se tibda toffri żewġ titjiriet ġodda minn u lejn Malta. Id-destinazzjonijiet huma Pariġi fi Franza u Schiphol fl-Olanda.

Il-kumpanija low-cost hija transavia.com u minn April li ġej se tkun qed tniedi żewġ titjiriet lejn Franza u l-Olanda.

It-titjiriet lejn Franza se jsiru darbtejn f’ġimgħa, kull nhar ta’ Tnejn u Ħamis. Il-biljetti huma diġa disponibbli għall-bejgħ mis-sit elettroniku tal-istess kumpanija.

Mix-xahar t’ April ukoll, il-kumpanija transavia.com se tibda toffri titjiriet bejn Malta u l-Olanda.

Transavia.com bdiet l-operat tagħha fl-1966 u l-bażi prinċipali tagħha jinsab f’ Schiphol, l-ajruport internazzjonali Olandiż.