Trakkijiet mir-Russja riesqa lejn il-fruntieri mal-Ukraina

Aktar minn 100 trakk b’għajnuna umanitarja mir-Russja jinsabu riesqa lejn il-fruntieri Ukreni.
Hu rrappurtat li lbieraħ stess, madwar 260 trakk waqfu madwar 500 kilometru ‘l bogħod mill-fruntieri u baqgħu hemm il-ġurnata kollha.
Jidher li uffiċċjal se jiddiskuti din l-inizjattiva t’għajnuna umanitarja ma’ Kiev u Moska hekk kif hemm bżonn li jkunu spjegati l-proċeduri biex ikunu jistgħu jaqsmu l-fruntieri.
Ir-Russja ċaħdet rapporti li l-għajnuna se tkun il-bidu biex jintbagħtu armi lir-ribelli Russi u għalhekk l-Ukraina qalet li l-għajnuna umanitarja se tiġi spezzjonata qabel titħalla tidħol fil-pajjiż.
Is-sitwazzjoni f’Luhansk mhix waħda tajba hekk kif għal aktar minn ġimgħa, in-nies tħallew mingħajr ikel, ilma u elettriku.