Aġġornata (2): Jitilgħu għal 230 il-mejta f’Mogadishu

Minn tal-inqas 230 mietu xħin trakk mimli splussiv ħa fil-qalba ta’ nħawi mimlija nies fil-kapitali Somala, Mogadishu.
It-trakk sploda qrib id-daħla għal lukanda, u dak il-ħin għexieren indarbu mill-ewwel.
Għalkemm għadu mhux magħruf min hu l-moħħ wara dan l-attakk, il-grupp al-Shabab, li għandu rabtiet mal-al-Qaeda, sikwit jeżegwixxi attakki bħal dawn fil-kapitali.
Sadanittant, il-Pulizija Somala qed tgħid li seħħ it-tieni attakk simili fid-distrett ta’ Madina, u hawnhekk mietu 2 persuni.
Il-lukanda Safari ġġarrfet kollha, u l-imwiet jistgħu jiżdiedu minħabba n-nies maqbuda taħt ir-radam.