Trakk jinqaleb fuq il-Gozo Channel

Il-qawwa tar-riħ u tal-mewġ wasslu biex dalgħodu nqaleb vann li kien fuq il-vapur tal-Gozo Channel.
L-inċident ġara għall-ħabta tas-7.30 u ħadd ma’ weġġa’.
Sat-tlieta ta’ waranofsinhar, l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed javża li se jkun hawn riħ qawwi.
Transport Malta fetħet investigazzjoni biex tara x'ġiegħel lit-trakk jinqaleb waqt il-vjaġġ u ħabbret li tinsab f'kuntatt mal-maniġment tal-kumpanija Gozo Channel u mal-kaptan li kien xogħol dak il-ħin, biex tistabilixxi l-fatti. 
Min-naħa tagħha, il-kumpanija Gozo Channel qalet li issa l-vapur Gaudos, li fuqu seħħ l-inċident, reġa' lura fis-servizz li issa qed jingħata b'mod normali skont l-iskeda. Fl-istess ħin, il-Gozo Channel skużat ruħha ta' kull inkonvenjent li seta' nqala'.
Ritratt: Kenneth Rausi