Trakk jieħu n-nar f’Burmarrad

Trakk tat-tindif tat-toroq ħa n-nar f'Burmarrad.
L-inċident seħħ ftit wara l-11.30am fi Triq Burmarrad direzzjoni lejn il-Mosta.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
It-triq ingħalqet għat-traffiku fid-direzzjoni lejn il-Mosta.