Trakk jieħu n-nar fil-Marsa

Trakk tat-tindif ħa n-nar dalgħodu fil-Marsa.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq it-Tiġrija għall-ħabta tal-11:30am.
Ix-xufier li kien għaddej mill-Marsa Ħamrun Bypass, direzzjoni Marsa beda jxomm riħa ta’ ħruq u waqqaf sabiex jara minn fejn kienet ġejja. Malli fetaħ il-bonnet sab li t-trakk diġa kien beda jaqbad.
Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew ħidma immedjata sabiex jintfew in-nirien u jitneħħa kull periklu.
It-triq ingħalqet għal xi ħin, imbagħad infetħet karreġjata waħda li bdiet tintuża miż-żewġ direzzjonijiet. Issa t-triq reġgħet qed tintuża b’mod normali.
It-trakk tneħħa permezz tat-towing. Ma’ weġġa’ ħadd kawża ta’ dan l-inċident.