Trakk jieħu n-nar f’Marsalforn – Tnejn jinżammu arrestati

Żewġt irġiel ġew arrestati wara nar fi trakk f'Marsalforn, Għawdex. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:45am, fi Triq il-Qolla s-Safra f’din l-istess lokalità.

Malli ġiet infurmata li kien hemm xi nirien, inbagħtu uffiċjali tal-pulizija mill li minnufih ippruvaw jikkontrollaw in-nirien permezz ta’ fire extinguisher, imma kien kollu ta’ xejn. Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li tfew in-nar ftit tal-ħin wara.

It-truck ġarrab ħsarat estensivi, tant li nqerdet il-kabina tax-xufier.