Ritratti: Trakk jeħel taħt il-mina ta’ Ħal Kirkop

Sewwieq ta’ trakk mgħobbi b’ċilindri tad-drenaġġ jidher li ma kkalkulax sewwa l-għoli tal-kaxxa u l-mina ta’ Ħal Kirkop li kellu jgħaddi minnha iżda minflok tkaxkar taħtha.
L-inident seħħ għall-ħabta tal-10am.
Il-vettura laħqet daħlet biċċa taħt il-mina, b’biċċiet taċ-ċilindri jinqasmu u jaqgħu fl-art.
Saret ukoll xi ħsara mas-saqaf tal-mina.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, u għal xi ħin inġema’ t-traffiku minħabba li l-mina kellha tingħalaq.
Min kien involut se jħallas għad-danni
Transport Malta qalet fi stqarrija li kien hemm ħsarat fis-saqaf tal-mina, u wara li kkuntattjat lil min wettaq il-ħsara dawn qablu li jħallsu tagħha.
Qalet li n-nuqqas ta' ħsieb jista' jħalli konsegwenzi serji.
Ritratti: Ian Noel Pace