Aġġornata: Fil-periklu tal-mewt wara li trakk rassha ma’ ħajt f’Għawdex

Google Maps

Mara ta’ 61 sena spiċċat fil-periklu tal-mewt hekk kif trakk li kien ipparkjat, niżel in-niżla, bil-konsegwenza li tgħaffġet ma’ ħajt.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Pjazza San Pawl f’Marsalforn.

Il-mara, li skont il-Pulizija hija Ċiniża residenti Marsalforn ittieħdet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.