Trakk dulliegħ jinqaleb f’Għajnsielem

Sewwieq ta' trakk li kien għadu kif niżel minn fuq il-vapur jinsab qawwi u sħiħ, wara li t-trakk li kien qed isuq inqaleb fi Triq l-Imġarr f'Għajnsielem.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-1.30 p.m. ftit wara li l-vapur li ħalla ċ-Ċirkewwa fis-12.45 p.m. wasal Għawdex.

It-trakk, li kien mgħobbi bid-dulliegħ, inqaleb fit-triq bejn ir-roundabout tal-ħeliport u x-Xewkija.

Il-pulizija kkonfermaw ma' Newsbook.com.mt, li b'xorti tajba fit-trakk is-sewwieq kien waħdu.

 

Ritratt: Graziella Ellul