Training differenti għall-gowler ta’ United

Jidher li l-gowler ta’ Manchester United, David De Gea qed jittrenja aktar mis-soltu biex ikun aktar kunfidenti bil-ballun f’saqajh. Il-kowċ Ole Gunnar Solskjaer jidher li jrid ivarja l-logħob tat-tim u jixtieq li joħloq stil ta’ logħob aktar sabih.

Il-gazzetta Tha Sun irrappurtat li United qegħdin lura fit-teknika li jibdew il-ballun minn wara, meta mqabbla mar-rivali tagħhom City u Liverpool. Għalhekk De Gea beda jiffoka aktar fuq il-kapaċità tiegħu biex jilgħab bil-ballun mill-viċin u biex ikun kapaċi jilqa’ lura l-ballun f’saqajh.

Il-gowler Spanjol kellu coaches jgħinuh jittrenja mindu ingħaqad lura mat-tim għall-pre-season wara l-btajjel tas-sajf.