Aġġornata: 400 kkonfermati mejta fiċ-Ċina

400 persuna huma kkonfermati li mietu fix-xmara Ċiniża Yangtze, wara li l-vapur li kienu fuqu xaqleb fuq naħa waħda u għereq waqt maltempata li ħakmet ix-xmara. 
It-traġedja ġrat nhar it-Tnejn li għadda. 
Wara erbat ijiem ta’ tfittxija, il-ħaddiema tas-salvataġġ qatgħu qalbhom li jistgħu jsibu lil xi ħadd ħaj. 
Mill-456 passiġġiera u membri tal-ekwipaġġ, irnexxielhom biss isalvaw 14-il persuna.
Dan l-inċident fil-baħar qed jitqies bħala l-agħar wieħed li qatt ġara fiċ-Ċina tul l-aħħar 60 sena.