Traġedja Żurrieq: Tifel jaqleb għall-aħjar; ieħor għadu l-ITU

Wara l-inċident fatali fiż-Żurrieq il-ġimgħa l-oħra, wieħed mit-tfal Ingliżi fit-taqsima tal-kura intensiva (ITU) fl-isptar Mater Dei qaleb għall-aħjar.
Madanakollu t-tifel l-ieħor flimkien ma’ żewġ adulti Ingliżi oħra għadhom jissieltu għal ħajjithom.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li t-tifel li qaleb għall-aħjar ittieħed f’sezzjoni oħra tal-isptar.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei, Ivan Falzon, qal ma’ Newsbook.com.mt li l-ħaddiema qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex isalvaw ħajjet it-tliet persuni li fadal fl-ITU.
Għaldaqstant, spjega kif hemm total ta’ 60 persuna li jinsabu fl-ITU li għall-isptar huma kollha importanti.
L-inċident seħħ fid-9 t’April għall-ħabta tal-4:15pm fi Triq Valletta. Id-double-decker kien misjuq minn raġel ta' 24 sena.
Il-familja ta’ waħda mill-vittmi, Elisaveta Avdala, Bulgara Lhudija ta’ 37 sena, talbet biex issir ġustizzja, filwaqt li qalet li jiddispjaċiha wisq għat-telfa tagħha għax kienet persuna mimlija ħajja.
L-Ambaxxata Spanjola għal Malta ħabbret li ġisem Elisaveta ntbagħat lura Spanja għad-difna, filwaqt li rringrazzjat lill-awtoritajiet Maltin talli assistew lill-familja mingħajr dewmien.

https://platform.twitter.com/widgets.js