Traġedja Żurrieq: Kif baqgħu s-6 persuni fil-periklu tal-mewt?

Erba’ persuni għadhom jissieltu għall-ħajjithom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU) fl-Isptar Mater Dei.
L-għadd ta’ persuni li qed isofru minn ġrieħi gravi tela’ għal tlieta, wara li l-inċident tal-lbieraħ fejn double-decker laqat siġra fil-baxx fiż-Żurrieq. Żewġ persuni qalbu għall-aħjar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4:15pm fi Triq Valletta. Id-double-decker kien misjuq minn raġel ta' 24 sena.
Kawża tal-inċident tilfu ħajjithom ukoll żewġ persuni, li llum se tkun qed issirilhom l-awtopsja.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Mater Dei qal ma' Newsbook.com.mt li lbieraħ ġew rilaxxati 41 persuna mill-50 li ddaħħlu l-isptar wara l-inċident, li jħalli total ta' 9 persuni l-isptar għall-kura.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar qal li issa d-Dipartiment tal-Emerġenza u l-garaxx tal-Ambulanzi jinsabu lura għan-normal.
Dan wara li fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Isptar Mater Dei wara nofsinhar iddikjara stat ta’ inċident maġġuri. Muscat kien qed jagħmel dikjarazzjoni fil-Parlament dwar l-inċident li seħħ aktar kmieni wara nofsinhar.
Min-naħa tiegħu l-Arċisqof Charles Scicluna wiegħed it-talb tiegħu, kemm għal vittmi li tilfu ħajjithom, dawk li sfaw feruti, il-qraba tagħhom, u għall-ħaddiema li taw l-ewwel għajnuna lil vittmi fuq il-post tal-inċident.