Traġedja oħra fil-Mediterran: 30 mejta u 100 mitlufa

Traġedja oħra fil-Mediterran wara li tard ilbieraħ filgħaxija għerqet dgħajsa li kellha abbord 250 persuna.
Uffiċjali qalu li d-dgħajsa għerqet ftit wara li telqet mill-port ta’ Zuwara viċin il-fruntiera bejn il-Libja u t-Tuneżija.
S’issa nstabu 30 katavru filwaqt li madwar 100 persuna għadhom ma nstabux.
80 immigrant li kienu abbord irnexxielhom isalvaw mill-għarqa.