Traġedja oħra fil-baħar: 20 mejta u 200 mitlufa viċin Tripli

Dgħajsa li fuqha kien hemm abbord 250 immigrant, għerqet 50 kilometru ‘l bogħod minn Tripli.
Jidher li minnhom salvaw biss 16-il persuna filwaqt li madwar 200 persuna għadhom mitlufa.
S’issa ittellgħu mill-baħar 20 katavru imma għada għaddejja t-tfittxija għall-200 l-oħra li għadhom ma nstabux.
Fost il-katavri kien hemm wieħed ta’ tifel ta’ ftit snin u tarbija ta’ tmintax-il xahar.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija iżda jidher li l-għajnuna wasslet ħafna sigħat wara.
Il-vittmi huma fil-maġġoranza tagħhom mis-Somalja u mill-Eritrea.
Intant total ta’ 1,373 immigrant ġew salvati fl-aħħar sigħat mill-operazzjoni “Mare Nostrum” fil-Kanal ta’ Sqallija.