Traġedja MH17: 20 katavru jiġu trasferiti lejn il-Malażja

Twasslu fi Kuala Lumpur il-katavri ta’ 20 persuna Malażjana li kienu fuq ajruplan tal-Malaysia Airlines li kkraxxja fl-Ukraina x-xahar li għadda.
Il-katavri ġew trasferiti b’ajruplan minn Amsterdam fl-Olanda u niżlu fi Kuala Lumpur għal ħabta tal-4am.  Fil-pajjiż illum qed jinżamm jum ta’ luttu.
Hu mifhum li l-ajruplan bit-titjira MH17 ikkraxxja wara li ġiet sparata missila minn ribelli favur ir-Russja.
Abbord l-ajruplan kien hemm 298 passiġġier u membri tal-ekwipaġġ.