Traġedja Ħamrun: 4 jingħataw il-police bail; 2 jibqgħu arrestati

Read in English.

Fost is-sitt persuni arrestati b’rabta mat-traġedja fil-Ħamrun li ħasdet il-ħajja ta’ Miriam Pace ta’ 54 sena, erba’ minnhom ingħataw il-police bail. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet ukoll li t-tnejn l-oħra għadhom qed jinżammu arrestati.

Is-sitt persuni jinkludu s-Site Technical Officer, il-perit tal-proġett, żewġ ħaddiema u żewġ kuntratturi mqabdda mill-iżviluppatur responsabbli mill-proġett.

Il-Pulizija spjegat li s-sitt persuni li ġew arrestati bejn it-Tnejn u t-Tlieta għadhom qed jgħinu b’mod attiv lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.

Miriam Pace nstabet bla ħajja mirduma taħt it-terrapien wara li ċeda bini fi Triq Joseph Abela Scolaro.